Sport

UEFA Futsal Champions League: Luxol imċaħħda minn rebħa fl-aħħar minuti

Fl-ewwel impenn tagħhom minn Grupp 3 tal-UEFA Futsal Champions League Luxol St. Andrews kienu sfortunati li ma kisbux l-ewwel rebħa meta sofrew gowl erba’ minuti mit-tmiem u spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Dobovec tal-Islovenja.

Luxol marru fil-vantaġġ fis-7 minuta permezz tal-Brażiljan Maicon bit-tim Malti jkun sfortunat wra dan il-gowl li kellu tentattivi milqugħa mill-goalkeeper Marko Pecek biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur it-tim immexxi minn Gabriel Dobre.

Dobovec urew titjieb fit-tieni taqsima u kellhom xuttijiet kontinwi lejn il-lasti li iżda ma sarfux f’gowls sakemm erba’ minuti mit-tmiem l-Isloveni skorjaw dak li kellu jkun il-gowl li kkanċella r-rebħa għal Luxol. Kien free-kick mogħti malajr minn Kristijan Cujek li ħasad għal kollox lid-difiżu u l-goalkeeper Brażiljan Celio bil-ballun jibqa dieħel fix-xibka.

Minkejja t-tentattivi taż-żewġ timijiet sabiex fl-aħħar minuti jiskorjaw il-gowl tar-rebħa l-iskor baqa’ ma nbidilx u għalekk Luxol u Dobovec kellhom jikkuntentaw b’punt mill-ewwel partita tal-grupp.

Luxol: Celio, Celino Alves, Veve, Maicon, Dejan Bizjak, Stefan Vella, Diece, Victor Dias, Mark Zammit, Andy Mangion, Marrwan Telisi, Jhonn Anderson Castro, Emil Raducu, Fumasa.

FK Dobovec: Marko Pecek, Rok Mordej, Kristijan Cujec, Teo Turk, Klemen Duscak, Rok Jazbec, Ziga Ceh, Niko Cesarec, Timotej Debeljak, Davor Fleten, Vedran Matosevic, Blaz Gorinsek, Dino Pasaricek, Patrik Pasaricek.

Mill-istess grupp Barcelona għelbu lil Hovocubo 6-1 biex issa llum jilagħbu kontra Dobovec fl-4pm.

Minn naħa tagħhom Luxol jiagħbu llum ukoll kontra l-Olandiżi Hovovubo fis-7pm.