Mara ta’ 37 sena minn Bormla marret 30 xahar ħabs wara li nstabet ħatja li ffrodat lis-sieħeb tagħha bi €12,000 permezz ta’ firem falsifikati fuq ċekkijiet. Amanda Camilleri instabet ħatja mill-Maġistrat Doreen Clarke li sitt snin ilu wettqet frodi billi ffalsifikatlu ċekkijiet propjetà tiegħu u għamlet użu ħażin minnhom.
Camilleri, ma nstabitx ħatja li żammet lir-raġel milli jagħti tagħrif f’kawża kriminali, li hedditu, beżżagħtu ui żammitu kontra l-volontà tiegħu u li kellha arma tan-nar. Fil-kumpilazzjoni l-vittma qal li huwa nduna li kellu għadd ta’ ċekkijiet neqsin meta mar biex iħallas l-assigurazzjoni.
Meta raha hekk mar il-bank fejn qalulu li kienu nħarġu tliet ċekkijiet f’isem Amanda Camilleri, wieħed ta’ €3,000 u tnejn oħra ta’ €4,000, €5,000. Il-vittma insista li l-firem fuq iċ-ċekkijiet ma kinux tiegħu u sostna li kienet Camilleri li ħaditlu l-ktieb taċ-ċekkijiet għax kien iżommu fil-vann u ġieli kienet tirkeb miegħu għax-xogħol.
Qal li hu ma kienx jaf jikteb u meta jiġi biex iħallas, kien jagħtiha l-ktieb taċ-ċekkijiet imma kien joqgħod attent li kienet qed titniżżel is-somma tajba. Ir-raġel qal ukoll li meta għamel rapport lill-Pulizija, Camilleri bdiet tiġri warajh u anke qaflitu fl-appartament u ħaditlu ċ-ċwievet tal-vann.
Huwa allega li dakinhar tatu wkoll daqqa ta’ mus, neżżagħtlu l-qalziet u żammietu ostaġġ ġurnatla u lejl sħiħ. Rappreżentant tal-Bank of Valletta ppreżenta ċ-ċekkijiet waqt li espert tal-kaligrafija qal li l-firem fuq iċ-ċekkijiet kien jaqblu ma’ dik tal-akkużata.
Il-vittma qal li wara li irrapporta lill-pulizija dwar is-serq taċ-ċekkijiet l-imputata baqghet tiġri warajh. Kien hemm okkażjoni, f’Novembru tas-sena 2016, meta qaflitu fi flat, haditlu ccwievet tal-vann, nezzatlu l-qalziet, u anke tatu daqqa b’mus li kellu fil-but tiegħu u kissritlu s-SIM cards.
Qal ukoll li fixxitlu kullimken ghax riedet il-flus pero dak in-nhar ma kellux flus fuqu. Kompla jghid li zammietu lejl sħiħ magħluq fil-flat għax wara li sakkret il-bieb tal-flat qalgħet iċ-ċwievet minn ġol-bieb u qagħdet il-ħin kollu ħdejh bil-mus fuqha. Huwa qal ukoll li mbagħad l-imputata riedet tmur l-isptar, u allura wassalha pero ma rieditx tidħol u għalhekk wassalha lura l-flat u hu telaq.
Fl-istqarrija li kienet tat lill-Pulizija, u li ġiet ippreżentata fil-kawża, l-akkużata qalet li kien ir-raġel stess li qalilha biex timliehom u ċaħdet li serqithom. Il-Maġistrat Clarke qalet fis-sentenza tagħha li huwa ċar li hemm kunflitt bejn il-verżjonijiet tal-akkużata u r-raġel, madankollu sostniet li l-vittma dejjem kien konsistenti fil-verżjoni tiegħu.
Madankollu l-Qorti rrimarkat li hemm diversi mistoqsijiet dwar l-allegazzjonijiet tal-vittma fuq l-inċident fejn huwa kien sostna li s-sieħba tiegħu qaflitu fl-appartament u ħebbet għalih. Hemm ħafna mistoqsijiet bla risposta, fosthom li
ma jirriżultax għalfejn u taħt liema ċirkostanza Fenech daħal f’lappartament ta’ l-imputata. Ma jirriżultax f’liema stadju l-imputata ħaditlu l-mus u neżżatlu l-qalziet u liema minn dawn il-fatti ġara l-ewwel, cioe jekk ħaditx il-mus meta
kien għadu liebes il-qalziet jew wara li nezzatulu.
Minkejja li l-vittma jgħid li tatu daqqa bil-mus ma jgħidx jekk soffriex xi ġriehi jew le. Ma jirriżultax jekk kienx hemm xi ġlied bejn Fenech u l-imputata fi kwalunkwe stadju u b’mod partikolari meta neżżatlu l-qalziet, meta pruvat tieħu l-mus u meta tatu daqqa bih.
Lanqas ma jirrizulta għalfejn dam tliet ijiem biex jagħmel irrapport mal-pulizija. Sfortunatament, qalet il-Qorti fil-konsiderazzjonijiet tagħha dwar ir-reati hija tistħ tistriħ biss fuq il-ftit informazzjoni li tar-raġel fix-xhieda tiegħu ghaliex ma nġiebet l-ebda prova oħra fir-rigward. Il-ftit fatti li joħorġu minn din l-informazzjoni, lio pero mhumiex suffiċjenti biex tkun tista’ tinbena stampa ċara u preċiża ta’ x’ġara f’dan l-incident.
Għalhekk fuq dawn l-akkużi Camilleri ma setgħetx tinstab ħati. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Josric Mifsud.
//= $special ?>

