Is-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg ġie elett fil-Parlament hekk kif dalgħodu saret l-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu vakat mid-deputat Robert Arrigo, li miet ftit tal-ġranet ilu.
Albert Buttigieg ġie elett b’2,122 vot. Dan filwaqt li l-kandidata Emma Portelli Bonnici ġabet 1,151 vot.
Dan ifisser li Buttigieg se jkun wiċċ ġdid fil-Parlament Malti, parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

