F’pajjiżna hawn it-tfal li qed ibatu l-faqar. U dan il-Budget ma indirizzax il-faqar fost it-tfal.
Hekk stqarr il-Kelliem tal-PN għal Akkomodazzjoni Soċjali, il-Ġlieda Kontra l-Faqar, l-Esklużżjoni Soċjali u Solitudni Ivan Bartolo f’konferenza tal-aħbarjiet fejn tenna li dan kollu kien saħansitra konfermat mill-Ministru innifsu – Michael Falzon.
Huwa qal li dan in-numru mhux żgħir, bit-tfal li qed jittalbu għall-ikel qed jikber.
Ivan Bartolo qal li preżentament hemm mal-2,000 talba kemm ghall-ikel u kif ukoll għall-ħwejjeġ, u insista li bhala pajjiz qatt ma konna f’dan l-istat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-frażi li l-Gvern uża fil-Budget b’ħafna pompi “li Malta se tieħu ħsieb lil uliedha”, hija waħda fitizja għax sfortunatament uliedna qed ibatu l-faqar.
Huwa għalaq il-messaġġ tiegħu billi qal li l-PN għandu għadd ta’ proposti li jekk jiġu implimentati jkunu qed iwasslu għal soċjetà aħjar, sana u li wieħed ikun kuntent jgħix fiha.
Ara l-konferenza tal-aħbarjiet hawnhekk.
//= $special ?>