Il-kowċ ta’ Birkirkara Giovanni Tedesco rebaħ l-unur tal-Kowċ tax-Xahar għal Awwissu u Settembru 2022.
F’dan il-perjodu, Giovanni Tedesco ggwida lil Birkirkara għar-rebħ tal-erba’ logħbiet li kellhom, biex b’hekk saħħew posthom fl-ewwel postijiet tal-Kampjonat Premier.
Filfatt, matul Awwissu u Settembru Birkirkara F.C. rebħu 2-0 lil Sirens FC, 2-1 lil Żebbuġ Rangers, 1-0 lil Floriana u 4-0 lil Santa Lucia F.C.
Tedesco kiseb 185 punt minn fost il-captains tal-iskwadri tal-Kampjonat Premier, Team Managers, staff tekniku u l-midja biex b’hekk rebaħ dan l-unur.
//= $special ?>