Il-budget, għalkemm fih hemm xi miżuri li huma ta’ fejda, xorta waħda naqas milli jindirizza l-impatt tal-għoli tal-ħajja u l-isfidi li l-inflazzjoni ġġib magħha. Dan għaliex is-soluzzjonijiet offruti huma biss għal issa u mhux għall-futur.
Hekk sostniet l-għaqda volontorja Anti-Poverty Forum Malta fejn qalet li għalkemm rat kif il-budget indirizza lill-persuni biex isibu l-intelett u l-għarfien tagħhom fl-impjieg jew il-professjoni, naqas milli jindirizza kif dawk li m’għandhom sengħa jew xogħol jistgħu jakkwistaw l-għarfien.
Il-Forum talab biex il-Gvern jibda jwettaq moniteraġġ tal-mof kif qed jogħlew il-prezzijiet tal-aktar prodotti bażiċi.
Talbu wkoll biex isir moniteraġġ ta’ kif għandu jkun għajxien deċenti, u biex permezz ta’ dan il-Gvern immedjatament jkun jista’ jimplimenta miżuri biex itaffi dawn id-diffikultajiet.
Il-Forum ta’ Kontra l-Faqar talab biex il-politika tindirizza d-diffikultajiet li hemm fil-housing soċjali u kif ukoll diffikultajiet soċjali oħra li sfortunatment qed iwasslu biex faxxa tas-soċjetà Maltija qed tbati l-faqar.
//= $special ?>