BirdLife Malta qed tappella lil kulħadd biex joġġezzjona għall-bidla premeditata fis-saga tar-razzett tan-nagħaġ fil-Bidnija. Kuntrarju għallNGOs kollha, l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet mgħoddija biż-żmien meta lapplikanti kienu applikaw għal kostruzzjoni massiva taħt il-Policy talIżvilupp Rurali bl-iskuża li kellu jinbena razzett tan-nagħaġ.
L-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħarġet il-permess minkejja d-dubji kollha li tqajmu missoċjetà ċivili.
Issa, ftit xhur biss wara, ħarġet il-verità u s-sidien ta’ din il-kostruzzjoni monstruża f’dik li kienet żona naturali mhux mimsusa biddlu l-pjani u jridu jittrasformaw dan ‘ir-razzett tan-nagħaġ’ finta f’residenza, flimkien ma’ għadd ta’ stabbilimenti kummerċjali.
Għalkemm mhux sorpriża b’dan, BirdLife Malta tingħaqad mal-appelli li diġà saru mill-Moviment Graffitti floġġezzjoni tagħha għal din l-applikazzjoni ġdida.
Il-pubbliku u lorganizzazzjonijiet l-oħra tas-soċjetà ċivili wkoll huma mħeġġa jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom billi jidħlu hawnhekk, inkella jibagħtu email fuq representations@pa.org.mt, sal-4 ta’ Novembru, u jikkwotaw n-numru tal-applikazzjoni PA/5895/22 fit-titlu. BirdLife Malta qed issejjaħ ukoll għat-twaqqigħ tal-kumpless kollu, biex is-sit jitreġġa’ lura fl-istat naturali tiegħu.
Dan jibgħat messaġġ ċar li l-pajjiż ma jittollerax manipulazzjoni, regħba u ingann.
BirdLife Malta tixtieq iżżid li din l-applikazzjoni hija insult għall-pajjiż u ta’ detriment għall-ġid komuni ta’ Malta u Għawdex. Wasal iż-żmien li lAwtorità tal-Ippjanar u l-Ministri konċernati jammettu li l-policies talippjanar qed jippermettu l-qerda tal-ftit natura li fadlilna bl-uniku skop ikun li numru ta’ individwi jħaxxnu bwiethom.
Malta jixirqilha aħjar u BirdLife Malta, flimkien ma’ ħafna NGOs oħrajn, se tibqa’ impenjata li tiġġieled dan it-tip ta’ abbuż, għalkemm ir-responsabbiltà tibqa’ primarjament fuq il-Gvern, li għandu jirrevedi lpolicies tal-ippjanar biex jelimina l-abbuż rampanti li qed iseħħ kaġun taddiversi lakuni li jeżistu. Jeħtieġ li l-Awtorità tal-Ippjanar iżżid il-kuxjenza ambjentali tagħha u anke tkun aktar kuraġġjuża biex twaqqaf dan l-abbuż.
//= $special ?>