Il-plejer ta’ Arsenal, Pablo Mari jinsab rikoverat fi sptar wara li qala’ daqqa ta’ ponn f’wiċċu u daqqa ta’ sikkina f’dahru waqt li kien f’ċentru kummerċjali f’Milan.
B’kollox, sitt persuni sfaw vittma ta’ dan l-attakk li seħħ fiċ-ċentru kummerċjali Assago, b’raġel jispiċċa jitlef ħajtu kaġun ta’ feriti li sofra.
Mari jidher li hu konxju u mhux f’kundizzjoni ta’ saħħa serja. Madanakollu, hu mistenni li jgħaddi minn operazzjoni minħabba ferita fonda fil-muskoli ta’ dahru. Fortunatament, id-daqqa ta’ sikkina ma missitx l-organi importanti tal-ġisem.
Qed jingħadd li t-tul ta’ Mari salvalu ħajtu.
