Lokali

Parata ta’ 101 personaġġ minn Piazza Armerina f’San Ġiljan

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Madwar it-toroq ta’ San Ġiljan – parata ta’ iktar minn mitt personaġġ lebsin kostumi tradizzjonali sinonimi mal-Belt Piazza Armerina.

Dan wara ġemellaġġ bejn San Ġiljan u Piazza Armerina, fi Sqallija fejn numru ta’ residenti Sqallin żaru lil pajjiżna għal diversi attivitajiet tradizzjonali, fosthom parata maqsuma fuq jumejn għal tmiem din il-gimgha

Il-parata bdiet fis-6:30 tal-Gimgha filgħaxija madwar it-toroq ta’ Paceville. Imbagħad, is-Sibt fl-istess ħin il-parata se tinghata bidu  mir-roundabout ta’ Portomaso u tibqa’ sejra lejn il-pjazza tal-Balluta.

Is-Sibt ukoll iċ-ċittadini ta’ Piazza Armerina se jkunu qed jittieħdu madwar pajjiżna biex jaraw diversi postijiet ta’ interess, fosthom l-Imdina, il-Bajja tal-Mixquqa u Popeye Village. Huma se jkunu qed iduqu wkoll l-ikel tradizzjonali ta’ pajjiżna.

Dan il-proġett bl-isem ta’ European Town Twinning jinkludi wkoll seminars ta’ informazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Id-dettalji kollha ngħataw f’konferenza fejn preżenti kien hemm is-Sindku ta’ San Ġiljan u issa Membru Parlamentari Nazzjonalista Albert Buttigieg, Kunsilliera tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, Sindku ta’ Piazza Aremrina u l-Ambaxxatur Taljan għal Malta.

Ritratti: Martin Agius