Fost l-aktar logħbiet interessanti din il-ġimgħa fil-kampjonat Ingliż insibu lil Brighton kontra Chelsea u Manchester United kontra West Ham.
Brighton, li jinsabu fid-disa’ post għaddejin min perjodu diffiċli hekk kif ma rebħux logħba mill-aħħar ħamsa li lagħbu, bl-aħħar rebħa tiġi kontra Leicester City kważi xagħrejn ilu bl-iskor ta’ 5-2 . Chelsea minn naħa l-oħra jinsabu f-forma ferm aħjar hekk kif kisbu 11-il punt fl-aħħar ħames logħbiet, bl-ikar lobgħa ricenti tintemm fi draw kumbattut kontra Manchester United. Din hija wkoll l-ewwel logħba li l-eks kowċ ta’ Brighton Graham Potter ser jaffronta l-iskwadra li kien imexxi sa ftit tal-ġimgħat ilu. Potter ingħaqad mal-Blues fit-8 ta’ Settembru 2022.
Il-plejers mhux disponibli għal Chelsea huma: Kalidou Koulibaly, N’Golo Kante, Wesley Fofana u Reece James, waqt li l-unika plejer mhux disponibli għal Brighton huwa Jakub Moder.
Manchester United jittamaw li jiksbu tlett punti wara draw kontra Chelsea l-ġimgħa li għaddiet,filwaqt li West Ham United jittamaw li jkomplu jibnu fuq ir-rebħa li kisbu kontra Bournemouth. Rebħa għar-Red Devils tfisser li dejjem ikunu iktar viċin li jitilgħu mal-ewwel erbgħa fil-kampjonat. West Ham fuq in-naħa l-oħra jinsabu fin-nofs tal-klassifika u bla dubju li kull punt jgħodd f’din il-partita sabiex ikomplu jtejbu l-pożizzjoni tagħhom.Il-plejers mhux disponibli għal Manchester United huma: Aaron Wan Bissaka, Anthony Martial, Brandon Williams, Axel Tuanzabe u Raphael Varane, waqt li l-plejers mhux disponibli għal West Ham huma: Lucas Paqueta, Maxwell Cornet, Craig Dawson u Jarrod Bowen.
Is-Sibt
1:30pm
Leicester v Manchester City
4:00pm
Bournemouth v Tottenham Hotspurs
Brentford v Wolves
Brighton v Chelsea
Crystal Palace v Southampton
Newcastle United v Aston Villa
6:30pm
Fulham v Everton
8:45pm
Liverpool v Leeds United
Il-Ħadd
3:00pm
Arsenal v Nottingham Forest
5:15pm
Manchester United v West Ham United