Raġel impjegat mal-orkestra nazzjonali u li jokkupa kariga għolja u li huwa wkoll mużiċist ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li għal aktar minn tliet ta fastidju sesswali lill-mużiċista, bil-vittma tkun tfajla ta’ 27 sena u li kienet taħdem fl-istess orkestra.
Il-ħati li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti għandu 31 sena u residenti r-Rabat, Għawdex, Huwa ammetta l-akkużi miġjubin kontrih dik li bejn Mejju 2019 u Settembru 2022, iffastidja lit-tfajla, li ġab ruħu b’mod li jaf li kien qed iwettaq dan ir-reat.
Huwa ammetta wkoll li ssoġġetta lill-vittma għal atti ta’ intimita fiżika anke bil-fomm u li dawn jikkonsistu f’atti ta’ konotazzjonijiet sesswali, ikkunsidrati bħala offensivi, umiljanti, degradenti jew intimidatorji lejha. Minbarra sentenza sospiża, l-Qorti ordnat ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-ħati għall-perjodu ta’ ħames snin.
Il-Maġistrat Charmaine Galea wissiet lir-raġel biex bl-ebda mod ma jkellimha jew b’xi mod jagħmel kuntatt magħha, inkejja jispiċċa żaħin. Il-ħati kien idejjaq ħafna lil mara billi kien joqgħod imiss ċerti partijiet ta’ ġisimha, anke dawk intimi u jibgħatilha diversi sms’s anke ta’ nisa oħra u jikkummenta dwarhom. Minħabba dan l-aġir il-vittma waslet sal punt li kellha titlaq minn fuq il-post tax-xogħol.
Qabel ma bdiet il-kawża li għal xi ħin instemgħet bil-magħluq, id-difiża talbet biex isem l-akkużat ma jissemmiex. Din it-talba sabet oġġezzjoni qawwija minn naħa tal-prosekuzzjoni u l-parte civile fejn huma qalu li mkien fil-liġi ma din teżisti u dan minħabba l-fatt li hemm ħafna nisa mużiċisti u għalhekk il-pubblika ma jistax jasal għall-vittma. Madankollu minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ, il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża.
L-akkużat mill=ewwel dehet determinat li kien se jammetti l-akkużi bl-Avukat Giannella Demarco tgħid lill-Qorti li huwa jbati minn ansjetà u li kien qed jistudja barra u kellu jerġa’ jiġu lura Malta minħabba l-kundizzjoni tiegħu. Il-Qorti wissiet lir-raġel li f’każijiet bħal dawn huwa jista jiġi kundannat minn sitt xhur sa sentejn ħabs u multa ta’ bejn il-5,000 ewro u l-10,000 ewro jew it-tnejn flimkien.
Qaltlu wkoll li jista’ jkun li jingħata l-liberta’ kundizzjoni jew sentenza sospiża. Hawn id-difiża qalet li dan l-aħħar l-akkużat ma għamel l-ebda kuntatt mat-tfajla, lanqas fuq meżżi soċjali bil-prosekuzzjoni tgħid li dan kien ovvju għax il-vittma ma’għadhiex kollega tiegħu fuq il-post tax-xogħol u li imblukkatu fuq il-media soċjali.
Net News kien diħa ħabbar permezz ta’ storja fejn kien ikkonferma wkoll li l-Ministeru mmexxi minn Owen Bonnici ħatar investigazzjoni interna b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijiet fejn saħansitra twaqqaf bord. Dan wara li persuna impjegata mal-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta kikenet talbet lill-Kap Eżekuttiv tal-MPO, Sigmund Mifsud sabiex jaċċetta r-riżenja tal-vittma bil-miktub.
Fl-ittra hija spjegat li fl-aħħar xhur, bħal ma kienet diġà spjegatlu, din il-persuna sofriet minn deterjorazzjoni fiżika u anke fis-saħħa mentali minħabba stress eċċessiv kaġun ta’ abbuż u fastidji sesswali li seħħew kemm fl-uffiċċju fejn din il-persuna kienet taħdem…u anke f’avvenimenti tax-xogħol.
Fl-ittra nkiteb li minkejja li din il-persuna tkellmet ma’ Mifsud u saħansitra talbitu li tibbenefika minn sena leave mingħajr ħlas sabiex terġa’ takkwista saħħitha lura…huwa dan ma kienx aċċettah. Għaldaqstant din il-persuna kitbet li issa wasal iż-żmien li tirriżenja għal kollox mill-impjieg tagħha. B’rabta ma’ dan kollu kemm il-Pulizija kif ukoll il-Ministeru tal-Arti u l-Kultura baqgħi għaddejjin bl-investigazzjonijiet, li wasslet biex ir-raġel jitressaq il-Qorti.
Wara s-sentenza permezz tal-Avukati tiegħu Giannelle Demarco u Veronique Dalli ħabbru li kien se jappella mill-piena. Il-prosekiuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Garbriel Micallef u Kevin Pulis filwaqt li l-Avukati Ilenia Agius, Roberto Spiteri u Joseph Gatt deheru għan-nom tal-vittma.
//= $special ?>