Futbol Sport

Serie A: Il-leaders Napoli jilqgħu f’darhom lil Sassuolo

(Ritratt: EPA)

Is-Sibt tibda t-tnax-il ġurnata tal-kampjonat Serie A fejn l-iktar logħba li tispikka hija bla dubju Napoli kontra Sassuolo. L-Azzuri ser jospitaw lin-Neroverdi fi Stadio Diego Armando Maradona s-Sibt fit-3pm.

Napoli, li jinsabu l-ewwel fil-klassifika qed jittamaw li jiksbu tlett punti oħra sabiex ikomplu fejn ħallew b’rebħa importanti fuq Roma bl-iskor ta’ 1-0, waqt li Sassuolo, li jinsabu fid-disa’ post qed jittamaw li jkomplu jibnu fuq ir-rebħa li kisbu kontra Hellas Verona wara li tlifu ż-żewġ logħbiet ta’ qabel kontra Inter u Atalanta.

Partita oħra interessanti li tintlagħab il-Ħadd filgħaxija hija Torino kontra Milan. Bi tlett punti għal Milan, il-Rossoneri jibqgħu viċin ta’ Napoli li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika.

Is-Sibt

3:00pm
Napoli v Sassuolo

6:00pm
Lecce v Juventus

8:45pm
Inter v Sampdoria

Il-Ħadd

12:30pm
Empoli v Atalanta

3:00pm
Cremonese v Udinese

6:00pm

Lazio v Salernitana

8:45pm
Torino v Milan


It-Tnejn

6:30pm
H.Verona v Roma

8:45pm

Monza v Bologna