Lokali

Sewwieq ta’ karozza jidħol f’karozza wieqfa u jmexxiha fuq raġel biswitha

Raġel ta’ 61 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li sewwieq ta’ karozza tilef il-kontroll tal-karozza, baqa’ dieħel fuq karozza wieqfa mal-ġenb tat-triq b’riżultat li mxiet fuq raġel li kien biswitha. Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-7:40am fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 61 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.