Roberto Bautista Agut għeleb lil Andy Murray f’Basel hekk kif permezz ta’din ir-rebħa l-Ispanjol kwalifika għall-kwarti finali.
L-eks numru wiehed tad-dinja tilef bl-iskor ta’ 6-3 6-2 meta Bautista Agut irnexxielu jirkupra l-iskor hekk kif kien jinsab minn taħt mal-ewwel.
Bautista Agut mistenni jaffronta lil Brandon Nakashima jew lil Stan Wawrinka fir-rawnd li jmiss.
Sadanittant, Cameron Norrie li huwa meqjus bħala n-numru wieħed tal-Ingliterra tilef fil-konfront tiegħu kontra Marcos Giron fil-Vienna Open. L-iskor finali tal-logħba kien 6-4 6-3.
Giron ser jaffronta lil Grigor Dimitrov li għeleb lil Andrey Rublev fil-kwarti finali tal-Vienna Open.
//= $special ?>