Il-Partit Nazzjonalista u l-kumpanija Net Media jsellmu lil Joe Cassar, magħruf bħala Belinju, li miet matul il-lejl li għadda.
Cassar, li kien miż-Żurrieq, kien stampatur fl-istamperija tal-PN sa mill-bidu nett – fl-1971. Hu kien ukoll l-aħħar li stampa ‘In-Nazzjon’ fuq il magna qabel din inbiegħet.
Il-Belinju kien preżenti tul l-istorja kollha tal-istampar tal-ġurnali tagħna, anke meta saru żewġ bombi mal-lejl fl-istamperija.
//= $special ?>