Żagħżugħ ta’ 29 sena residenti l-Ħamrun qed isofri ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-vettura tiegħu u ġie fl-iskatepark.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħaxija għall-ħabta tal-10:45pm.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura, bil-konsegwenza li baqa’ dieħel fl-iskatepark u hemm il-karozza tat-tip Smart inqalbet.
Fuq il-post minnufih marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, bIż-żagħżugħ ingħata wkoll l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>