Lokali

AĠĠORNATA: 5 persuni, fosthom żewġ t’ibniet l-isptar wara ħabta fiż-Żejtun

Ritratt: Facebook/Malta Diżastru Totali

L-aħħar sigħat kienu dominati min-numru ta’ inċidenti madwar Malta….  Fiż-Żejtun ħames persuni li kienu f’karozza waħda sofrew ġrieħi ħfief.

Mara ta’ 47 sena, raġel ta’ 48 sena, żagħżugħa ta’ 15-il sena u żewġ t’ibniet ta’ 9 snin jinsabu rikoverati l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq tal-Barrani

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am tas-Sibt.

Mill-informazzjoni li l-Pulizija taw lil Net News, il-ħabta seħħet bejn vettura tat-tip Suzuki, misjuqa minn żagħżugħa ta’ 19-il sena, u Chevrolet fejn fiha kien hemm il-5 persuni. Ix-xufiera tas-Suzuki rrifjutat l-għajnuna medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.