Lokali

Ċiklist jingħata diversi daqqiet ta’ ponn fis-Swieqi

Il-Ġimgħa wara nofsinhar sar rapport għand il-Pulizija fuq allegatament aggredit fuq ċiklista ta’ 21 sena fis-Swieqi.

L-Għaqda Rota qalet li dan iċ-ċiklist sofra minn diversi daqqiet ta’ ponn. L-attivisti qalu li ċ-ċiklist ġie aggredit fi Triq il-Keffa fis-Swieqi fejn persuna li rat dan l-inċident qalet li kien hemm karozza li kienet issuq qrib iċ-ċiklist. Ftit tal-ħin wara is-sewwieq ta daqqa liċ-ċiklist li spiċċa waqa’ fl-art u ftit tal-ħin wara s-sewwieq ħareġ mill-karozza u ta diversi daqqiet ta’ ponn liċ-ċiklist.

L-Għaqda qalet li persuna li kienet għaddejja mit-triq pruvat tifred lil dawn iż-żewġ irġiel. Ftit tal-ħin wara ċ-ċiklist telaq mill-post u kien jidher diżorjentat.

Il-Pulizija qed tanalizza filmati tas-sigurta’ li kien hemm fiż-żona filwaqt li għaddejja investigazzjoni fuq dan il-każ.