Lokali Qorti

Edward Gatt ordnat iħallas €30,000

Il-Qorti tal-Appell, preseduta mill-Imhallfin Mark Chetcuti, Joseph Micallef u Tonio Mallia, ikkonfermat sentenza tal-Ewwel Qorti fil-każ bejn Maryanne Spiteri kontra l-Avukat Edward Gatt fejn tal aħħar kien konfermat li għandu jgħaddi hias ta’ €30,000 lil din il-mara wara li rriżulta li ma wettaqx il-verifiki kollha mis tennija minnu.

Originarjament l-istorja li wasslet għal din id-deċiżjoni bdiet meta Maryanne Spiteri, f’Mejju tal-2006, kienet ittajret minn fuq pedestrian crossing fi Triq il-Pijunieri f’San Pawl il Baħar u kienet sofriet ġriehi gravi li kkawżawlha diżabbiltajiet permanenti fil-ġisem tagħha.

Sussegwentement hi kienet Ħatret lill-Avukat Edward Gatt biex jassistiha fil-Qorti iżda fil- kors ta’ dan il-każ spiċċat talbet lill-Qorti li tingħata d-danni għall-fatt li, skont hi, l-avukat tagħha kien naqas mill-jaqdi tad- doveri tiegħu fil-konfront taghha.

Il-Qorti tal-Appell iddikjarat lill-Avukat id-deċiżjoni tagħha u qalet li Edward Gatt responsabbli għall- raġunijiet kollha u tilqa’ l-appell tal-ħsara fuq Spiteri u għalhekk immultat lill-Avukat Edward Gatt biex iħallas is-somma ta’ €30,000.