Wieħed min l-aktar avvenimenti mistennija fin nofsinhar ta Malta reġa’ wasal, din id-darba b’lista ta’ artisti u spettakli li żgur ser jerġgħu jiġbdu l-folol li il-Beland Music Festival sar magħruf għalih.
Il-festival mifrux fuq erba’ t’ijiem ser jinvolvi taħlita ta’ artisti rinomati lokali u internazzjonali flimkien ma artisti u ġeneri ġodda li ser ikunu qed jipparteċipaw f’dan l-avveniment għal ewwel darba.
Il-festival organizzat min tim ta voluntiera beda fl-2011 bil-mira li jkun ta pjattaforma għal-iżvilupp u promozzjoni tat talent lokali fil-qasam mużikali, dan billi jippreżenta taħlita ta artisti stabbiliti ma dawk ġodda. Din tgħati laqta nteressanti u atmosfera attraenti li tgħati l-opportunita l-udjenza tapprezza il-firxa tat-talent mużikali f’pajjiżna.
Il-festival ser isir bejn id-9 u it-12 ta Diċembru u jibda fit-8:00pm.
Il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru l-ispettaklu jibda bil-grupp Tea Crisis, segwit min Lara & the Jukeboys u jgħalaq b’xow mill grupp The Travellers.
Is-Sibt 10 ta’ Diċembru, tiftaħ Francesca Borg u jkomplu l-grupp Captain Romance and the Danger Dogs qabel il-kunċert kbir min Ira Losco.
Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru, ser jittella’ spettaklu mill-Banda Beland flimkien ma numru ta kantanti stabbiliti b’xelta ta’ mużika pop.
Kollox jgħalaq it-Tnejn 12 ta’ Diċembru, lejlet festa pubblika. Ix-xow tibda bil-grupp South Garden u mbgħad The Velts u tkompli b’kunċert mill grupp internazzjonali BoyzLife mgħamul mil-kantanti li kienu jgħamlu parti mill gruppi Boyzone u Westlife. Dan l-spettaklu ser ikun qed jippreżenta l-aqwa diski dan dawn iż-żewġ gruppi ta fama mondjali għal-ewwel darba f’pajjiżna.
Il-Beland Music Festival ser isir taħt tinda kbira f’Misraħ is-Suq iż-Żejtun. L-entratura hija b’donazzjoni mal-bieb, filwaqt li biljetti VIP jistgħu jinxtraw min showshappening.com.
//= $special ?>