Minn tal-anqas 45 persuna tilfu ħajjithom wara għargħar u valangi tat-tajn kaġun tal-maltempata li ingħatat l-isem ta’ Nalgae fil-Filippini.
Dan il-maltemp issa qed jidher li huwa riesaq lejn it-Tramuntana tal-Filippini fil-belt kapitali Manila, bl-awtortajiet jitolbu liċ-ċivili għal kawtela u aktar koperazzjoni dan hekk kif fl-aħħar sigħat diversi nies kellhom jiġu evakwati u ttieħdu f’xelters apposta.
Il-gwardja tal-kosta ssospendiet il-maġġoranza tas-servizzi li jintużaw ta’ kuljum minn bosta u kif ukoll ingħalqu numru ta’ skejjel.
Ix-xita estrema propju bdiet il-Ħamis li għadda iżda l-qofol ta’ dan il-maltemp mistenni li jintlaħaq fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
//= $special ?>