Manchester City telgħu momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika b’rebħa ta’ 1-0 fuq Leicester. Il-gowl uniku tal-partita wasal fid-49 minuta minn freekick mill-isbaħ tal-Belġjan Kevin De Bruyne, li ma ta l-ebda ċans lil Danny Ward isalva. Leicester kienu ferm viċin li jġibu l-gowl tad-draw fit-53 minuta meta minn corner ta’ James Maddison Yuri Tielemans ra l-volley tiegħu ikunu salvat minn Ederson mejjun mil-lasta.
Fil-Vitality Stadium rebħa drammatika għal Tottenham Hotspurs fuq Bournemouth bl-iskor ta’ 3-2, wara rimonta ta tliet gowl mit-tim immexx minn Antonio Conte. Bournemouth fetħu l-iskor fit-22 minuta meta Marcus Tavernier sab lil Kieffer Moore li xeħet wara Hugo Lloris għal 1-0. Huma rduppjaw fit-22 minuta meta din id-darba kien Adam Smith li żmarka lill-istess Moore, li kkonkluda fix-xibka għal doppjetta personali. Fis-57 minuta Ryan Sessegnon beda ir-rimonta ta’ Tottenham fuq pass ta’ Pierre Hojberg, qabel fit-73 minuta minn corner ta’ Ivan Perisic kien id-difensur Ben Davis li tefa’ fix-xibka għal 2-2. Biex fit-92 minuta, hekk kif kollox deher li l-partita se tintemm fi draw, kien Rodrigo Bentancur li b’xutt ċentrali xeħet fix-xibka u ta tliet punti importanti lil Tottenham.
Disfatta għal Chelsea u Graham Potter, f’telfa umiljanti ta’ 4-1 kontra l-eks tim ta’ Potter, Brighton. Brighton daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ tliet gowls, b’Leon Trossard jiftaħ l-iskor fil-5 minuta qabel żewġ auto gowl ta’ Ruben Loftus Cheek fl-14-il minuta u Trevoh Chalobahfit-42 minuta għamluhom 3-0. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Chelsea naqqsu d-distakk minn daqqa ta’ ras ta’ Kai Havertz, qabel fit-92 minuta kien Pascal Gross li għalaq il-partita.
PREMIER LEAGUE
Illum: Leicester v Man City 0-1, Newcastle v Aston Villa 4-1, Bournemouth v Tottenham 2-3, Brighton v Chelsea 4-1, C’Palace v Southampton 1-0, Brentford v Wolves 1-1, Fulham v Everton 0-0, Liverpool v Leeds 1-2 Għada Arsenal v Nott Forest 3.00pm, Man Utd v West Ham 5.15pm
//= $special ?>