Futbol Sport

Gowl ta’ Oualid El Hasni jagħti tliet punti lil Floriana

(Ritratt: Trevor Sollars)

ŻEBBUĠ R. …………..0

FLORIANA ………….. 1

Żebbuġ R.: J.Azzopardi, S.Bugeja (C), L.Da Silva Almeida, T.Bartolo (82′ S.Buttigieg), W.Rocha Santos, Y.Tonna (61′ G.Mifsud), A.Mizzi (82′ J.Sciberras), C.Lokoli Ngoy, R.Sanchez (46′ G.Gesualdi), A.Soto, Maldonado (55′ K.Bondin), S.Miloskovic

Floriana: G.Kitanov, O.El Hasni, K.Reid (82′ M.Veselji), J.Arias Ulises (C) (90′ J.Scicluna), F.Juarez, O.Spiteri, C.Zammit Lonardelli (62′ K.Nwoko), L.De Grazia, L.Trillo, J.Busuttil (82′ Z.Cassar), A.Garzia, (82′ A.Magri Overand)

Referee: Matthew Degabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev

Fit-Tony Bezzina Stadium rebħa minima importanti għal Floriana fuq Żebbuġ bl-iskor ta’ 1-0. Floriana spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers fil-31 minuta meta tkeċċa għalihom Fernando Juarez għal foul fuq Shaun Bugeja.

Il-gowl deċiżiv tal-partita wasal fis-66 minuta meta Jan Busuttil twaqqa’ fil-kaxxa minn Wilker Rocha Santos, bir-referee Degabriele, jordna penalty. Biex mill-ħdax-il metru Oualid El Hasni ma żbaljax u xeħet wara Jamie Azzopardi għal 1-0.