Ambjent Għawdex Lokali

Il-Ħamis se tittieħed deċiżjoni dwar Ħondoq ir-Rummien

Id-deċiżjoni tal-appell rigward id-destin tal-bajja pittoreska ta’ Ħondoq ir-Rummien se tittiehed nhar il-Ħamis mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.

Oriġinarjament, il-Bord tal-Ippjanar kien irrifjuta l-pjan biex issir marina u villaġġ turistiku f’din il-bajja Għawdxija. Din iċ-ċaħda kienet waslet b’vot unanimu.

Issa, it-Tribunal irid jiddeċiedi fuq l-appell li sar mill-applikant għal dan il-proġett.