Matthias Mizzi
BIRKIRKARA…………1
MOSTA………….2
Birkirkara: G. Nava, O. Iorio, E. Pepe, D. Dall’Oca (K. Tulimieri 61’), Y. Yankam, P. Mbong (J. Farrugia 61’), K. Zammit (J. Valletta 82’), F. Falcone (A. De Paxaio 46’), C. Attard, D. Enzo, S. Zibo
Mosta: E. Akpan, C. Ememe, D. Bonnici (J. Ibe 52’), C. Failla, G. Sciberras (N. Agius 83’), B. Diarra, J. Akrong (T. Akiti 75’), E. Acheampong (R. Briffa 76’), S. Kingue, J. Vassallo, Z. Brincat.
Imwissija: D. Bonnici 11’ (MST), K. Zammit 64’ (BKR), T, Akite 78’ (MST), C. Ememe 78’ (MST), J. Ibe 90’ (MST), D. Cabrera 90’ (BKR)
Skorjaw: S. Zibo 6’ (BKR), Z. Brincat 31’ (MST), J. Akrong 34’ (MST)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Roberto Vella & Duncan Spencer
Il-Mument Plejer tal-Logħba: Clayton Failla (MST)
Kontra kull mistenni, fit-Tony Bezzina Stadium Mosta għelbu lil Birkirkara b’rimonta fl-ewwel taqsima fejn l-Istripes sabuha wkoll diffiċli biex joħolqu opportunitajiet ta’ gowl. Hekk kif Giovanni Tedesco kien sospiż, għal dan il-konfront Birkirkara kienu mmexxija mill-assistant kowċ Brian Chetcuti.
Birkirkara kienu perikolużi mal-ewwel minuta b’xutt ta’ Paul Mbong li impenja lill-goalkeeper Etim Akpan b’xutt fil-baxx. Ħames minuti wara l-Karkariżi fetħu l-iskor b’xutt angolat ta’ Simon Zibo minn azzjoni li bdiet minn throw-in. Għal dan il-gowl Clayton Failla pprotesta għal nuqqas ta’ fair-play mill-avversarji wara li tefa’ l-ballun barra minħabba injury ta’ Gianluca Sciberras. Fl-erbatax-il minuta, Yannick Yankam kien imċaħħad milli jirdoppja l-iskor meta x-xutt tiegħu stampa mal-wieqfa wara kross preċiż fuqu minn Mbong. Mosta wieġbu b’mod tajjeb seba’ minuti wara b’free-kick dirett mid-distanza ta’ Failla li stampa wkoll mal-wieqfa. Ftit wara n-nofsiegħa logħob Zachary Brincat għamel l-iskor indaqs meta ħataf l-opportunità minn żball difensiv ta’ Cain Attard u wiċċ imb’ wiċċ ma’ Nava ma ħafirx b’xutt imkaxkar mal-art.
F’temp ta’tliet minuti l-Mostin ħasdu lil Birkirkara bit-tieni gowl li wasal minn żball ieħor difensiv, din id-darba mill-goalkeeper Nava li ma ħatafx tajjeb free-kick ta’ Failla, b’Jacob Akrong daħal bejn id-difensuri u xeħet il-ballun fix-xibka.
F’taqsima aktar kwieta minn ta’ qabilha, proprju mas-siegħa logħob Akpan salva b’mod stupend lit-tim tiegħu wara li dawwar daqqa ta’ ras f’corner. Bil-pressjoni kollha fuq Birkirkara fit-tmenin minuta Akpan jerġa’ jkun protagonist biex din id-darba jsalva xutt b’saħħtu ta’ Cabrera. Wara din l-azzjoni l-Karkariżi tefgħu kollox fuq l-offensiva, biex fl-aħħar minuti tal-partita free-kick ta’ Paixao ħoloq periklu fil-kaxxa iżda Failla għaraf ileħħi l-periklu bi clearance.
//= $special ?>