F’partita missielta u li rat seba’ gowls, kienu Luxol St Andrews li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-3 biex b’hekk Luxol irreġistraw l-ewwel rebħa tal-istaġun.
Il-gowls ta’ Luxol waslu minn tripletta ta’ Ronnie Hartvig bil-gowl l-ieħor wasal minn Luke Satariano.
Għal Rabat Justin Felice skorja darbtejn u l-gowl l-ieħor skorjaħ Christian Muscat.
Bħal Luxol Pietà ukoll kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Żurrieq Wolves 4-2. Luis Lopez skorja doppjetta filwaqt li Jeffrey Chetcuti u Lawrence Vella skorjaw gowl kull wieħed.
Iż-żewġ gowls ta’ Żurrieq gew skorjati minn Roderick Caruana u Jurgen Mifsud.
KLASSIFIKA – VMFA Kia Premier League:
MFPA 9 Żejtun Red Stars 7, Gżira United, Birkirkara St Helens 6, Rabat Veterans , Pieta’ Hotspurs, Luxol St Andrews 4, Żurrieq Wolves 0
//= $special ?>