Futbol Sport

Napoli jsaħħu posthom f’ras il-klassifika b’rebħa fuq Sassuolo

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Diego Maradona Napoli kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-0 fuq Sassuolo biex saħħew posthom f’ras il-klassifika bi 32 punt. Huma fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta minn cross fil-baxx ta’ Khvicha Kvaratskhelia kien Victor Osimhen li mill-viċin xeħet fix-xibka. Fid-19-il minuta għal darb’oħra reġgħu kienu Kvaratskhelia u Osimhen li kkumbinaw tajjeb, b’dan tal-aħħar jiskorja doppjetta personali. Fis-36 minuta Mario Rui żmarka tajjeb lil Khvicha Kvaratskhelia li kkonkluda fil-baxx għal 3-0. Ir-raba’ gowl għal Napoli wasal fis-77 minuta mill-attakkant Victor Osimhen, biex għaqqad il-hat-trick personali.

Fi Stadio Via del Mare Juventus kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Lecce biex wettqu reazzjoni wara l-eliminazzjoni diżappuntanti ta’ fost il-ġimgħa mill-UEFA Champions League. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-73 minuta meta minn pass ta’ Samuel Illing-Junior kien Nicolo Fagioli li kkonkluda fix-xibka.

F’SanSiro Inter kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Sampdoria. Huma fetħu l-iskor fil-21 minuta permezz ta’ Stefan De Vrij, b’Nicolo Barella jirdoppja għan-Neroazzuri minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima. Inter għalqu l-partita fit-73 minuta meta Francesco Acerbi żmarka lil Joaquin Correa li xeħet fix-xibka għal 3-0.

SERIE A

Illum Napoli v Sassuolo 4-0, Lecce v Juventus 0-1, Inter v Sampdoria 3-0 Għada Empoli v Atalanta 12.30pm, Cremonese v Udinese 3.00pm, Spezia v Fiorentina 3.00pm, Lazio v Salernitana 6.00pm, Torino v Milan 8.45pm It-Tnejn Verona v Roma 6.30pm, Monza v Bologna 8.45pm