Futbol Sport

Rebħa importanti għal Valletta fuq Balzan

BALZAN …………. 1

VALLETTA ………. 3

Balzan : J.Debono, S.Arab ( B.Hili 79’), M.Grima ( A.Nogureira 70’), P.Fenech, Q.Torres, U Ljubomirac ( L.Mallia 75’), M.Zlatkovic, A.Satariano ( A.Bradshaw 60’), N.Braunovic, M.Raso, B.Kaljevic.

Valletta : A.Guarnone, J.Borg, R.Camilleri , O.Akpoveta ( F.Cheverson 79’), C.Gauci ( S.Dimech 52’), E.P.Beltre, B.Kamdem, B.Paiber ( T.Caruana 68’), E.Sala, J.Willy, K.Bevis.

Referee : Andrea Sciriha

Assistenti Referees: Alan Camilleri, Mitchell Scerri

Fis-Centenary Stadium Valletta kisbu tliet punti importanti b’rebħa ta’ 3-1 fuq Balzan. Huma fetħu l-iskor fit-13-il minuta meta minn cross ta’ Oke Akpoveta kien Kilian Bevis li bir-ras xeħet wara Debono għal 1-0. Balzan kisbu d-draw fil-35 minuta meta minn pass ta’ Angel Torres kien Uros Ljubomirac li għeleb lil Alessandro Guarnone għal 1-1.

Valletta mill-ġdid fil-vantaġġ fil-65 minuta meta minn corner ta’ Brandon Paiber kien Oke Akpoveta li għola fuq kulħadd u xeħet fix-xibka. Biex fid-90 minuta huma għalqu l-partita bi freekick dirett ta’ Shaun Dimech.