Edukazzjoni Lokali

Studenti rrabjati minħabba l-prezz tal-parking fl-Università ta’ Malta

Iż-żieda li tħabbret aktar kmieni llum ta’ prezzijiet fil-parkeġġ ta’ Campus Hub li jintuża prinċiparjament mill-istudenti tal-Università ta’ Malta qegħda tkompli tpoġġi lill-istudenti Universitarji f’sitwazzjoni impossibbli. Hekk intqal fi sqarrija maħruġa mill-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista.

L-MŻPN qal illi l-problema ta’ nuqqas ta’ parkeġġ huwa sintomu ta’ marda li l-istudent ma jaħtix għaliha. Ir-raġuni ewlenija wara din il-kriżi huwa l-fatt li ma jeżistu prattikament l-ebda mezzi alternattivi ta’ trasport affordabbli u effiċjenti għall-istudenti tal-Università.

Għaldaqstant il-maġġoranza tal-istudenti ikollhom jiddependu fuq l-vettura privata tagħhom. Oltrè minn hekk, fl-Universita m’hemmx biżżejjed parkeġġi għall-istudenti, letturi u staff kollu, bil-konsegwenza li l-istudenti ikollhom jiddependu totalment fuq proġett privat, bħall-Campus Hub.

“Filwaqt li nsejħu għal reviżjoni aktar raġjonevoli ta’ dawn il-prezzijiet, nsejħu lill-awtoritajiet kollha konċernati sabiex illum qabel għada jitfassal pjan ta’ trasport alternattiv effiċjenti u affordabbli għall-istudenti kollha tal-Universita’ ta’ Malta”, stqarr l-MŻPN.