Il-Kap tar-revoluzzjonarji fl-Iran, Hossein Salami wissa li s-Sibt se tkun l-aħħar ġurnata ta’ protesti għaliex wara dan il-jum se tittieħed azzjoni kontra dawk in-nies li se jkomplu jipparteċipaw f’dawn il-protesti.
Il-protesti fl-Iran bdew ftit aktar minn xahar ilu wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Hija mietet waqt li kienet qed tinżamm taħt il-kustodja tal-Pulizijau kienet arrestata għaliex ma kinitx liebsa il-hijab.
L-attivisti qalu li l-Ġimgħa l-awtoritajiet tal-Iran fetħu n-nar fuq in-nies li kienu preżenti għal protesti fejn żewġ minn nies tilfu ħajjithom. Barra minn hekk, fil-filmati jidher li intuża l-gass tad-dmugħ kif ukoll jidher id-demm fit-triq.
//= $special ?>