Sport

Darts: Education Bar jirbħu l-konfront Ħamruniż

F’partita missielta bejn żewġ timijiet Ħamruniżi, Education Bar għelbu lil Ħamrun Bayern A 5-3 biex f’logħba oħra it-tieni tim ta’ Ħamrun Bayern għamel dak li m’għamilx l-ewwel tim u rebaħ lil Sliema Inter Darts Club 6-2.

Floriana Ajax għelbu faċilment lil Manchester Conquest Pub meta minkejja li dawn tal-aħħar ġabu l-iskor indaqs fit-tieni logħba il-Furjaniżi ma ħarsux lura u rebħu s-sitta l-oħra mingħajr risposta għal skor finali ta’ 7-1.

Rebħa wkoll għal Fgura Kenky Cars li għelbu lil Top Gub 6-2.

Intagħbu wkoll il-logħob mit-Tieni Diviżjoni bit-tim ta’ Birżebbuġa Lions jegħlbu bla ebda diffikultà lil Coc Bar 7-1 bi Fgura Maypole jegħlbu lil Mqabba Ġilju 6-2. Fl-aħħar nett rebħa kbira oħra ta’ 9-0 għal PO’s Bar Gudja kontra t-tieni tim ta’ Floriana Ajax.

Mit-Tielet DIviżjoni Żejtun Domnus u Birgu Boċċi Club offrew spettaklu meta f’logħba missielta spiċċaw fi draw ġust ta’ 4-4. Duke’s Bar għelbu lil Leah’s Bar 6-2 filwaqt li Żebbuġ Rangers FC kisbu rebħa kbira ta’ 7-1 fuq Mqabba FC.