Futbol Sport

Gudja United jirritornaw għar-rebħ b’gowl fl-ewwel taqsima

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rowen Camilleri

GUDJA U……….1

PIETÀ H…………0

Gudja U: G. Zammit, J. Bolanos, A. Prates, J. Mintoff (T. Nagamatsu 62’), B. Selemani, K. Micallef, J. Bezzina, M. Muchardi, S. Gomes, N. Navarrete, F. Romero (H. Vella 46’)

Pietà H: D. Alampasu, C. Bangura, O. Temitope (Y. Morita 88’), D. Zerafa, J. Ghio (K. Leonardi 76’), T. Agius (S. Camara 60’), A. Latif (S. Okoh 60’), A. Wismayer, Z. Leonardi, A. Ogungbe, T. Yamaguchi

Imwissija: F. Romero 10’, J. Mintoff 59’ (G), C. Bangura 75’ (P)

Skorjaw: N. Navarrete 33’ (G)

Referee: Darryl Agius

Assistenti Referees: Paul Apap u Shaun Calleja

BOV Plejer tal-Logħba: Nicola Navarrete (Gudja United)

Wara tliet partiti bla ma’ jirbħu u li minnhom akkwistaw biss punt, Gudja United immexxija minn Andrea Agostinelli kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fl-ewwel logħba tal-Ħadd kontra Pietà Hotspurs.

L-ewwel xutt lejn il-lasti wasal mill-Hotspurs wara 11-il minuta meta l-free-kick dirett ta’ Yamaguchi mpenja lil Zammit li kellu jilqa’ b’diffikulta qabel mad-difiża tajjret il-periklu. Sitt minuti wara Jake Ghio approfitta minn żball ta’ Glenn Zammit bl-istess goalkeeper idawwar f’korner wara konklużżjoni tajba taż-żgħażugħ ta’ Pietà.  

Man-nofs siegħa logħob Yamaguchi jipprova xitt minn barra l-kaxxa li għadda mħakkek mal-wieqfa biex tliet minuti wara Gudja fetħu l-iskor permezz ta’ xutt minn kważi tliet kwarti ta’ ground ta’ Nicolas Navarrete. Fit-42 minuta ċans ieħor għal Pietà meta Zammit dawwar f’korner ix-xutt ta’ Schembri Wismayer wara pass ta’ Jake Ghio. Gudja daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq bi Pietà iżda kienu l-aħjar tim fil-pitch sa dak il-ħin.

Fit-tieni taqsima l-Gudjani dehru aktar organizzati u wara biss sitt minuti Selemani prova xutt b’saħħtu li iżda mar barra. Bil-partita jkollha nuqqas ta’ azzjonijiet perikolużi kellna nistennew sat-72 minuta biex rajna konklużjoni lejn il-lasti ta’ Pietà bis-sostitut Ġappuniż ta’ Gudja Tatsura Nagamatsu jara d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi barra. Pieta komplew ifittxu l-gowl tad-draw u fit-80 minuta minn pass ta’ Camara, Daniel Zerafa tefa’ barra. Gudja rnexxilhom iżommu l-vantaġġ minimu biex b’hekk irritornaw għar-rebħ bi Pietà jibqgħu ankrati fl-aħħar post tal-klassifika.