Rowen Camilleri
GŻIRA U…………1
ĦAMRUN S…….2
Gżira U: D.Zarkov, G. Bohrer, L. Tabone (B. Borg 90’), N. Muscat, Z. Scerri (A. Borg 90’), M. Dias, T. Kolega, R. Correa (S. Pisani 68’), M. Cosic, M. Maia, J. De Assis
Ħamrun S: H. Bonello, B. Ederson, (L. Montebello 77’) M. Guillaumier, E. Mashike, J. Soares (J. Robert 77’), R. Prsa (R. Callegari 90+5), O. Bjelicic, J. Corbalan, E. Marcelina, R. Camenzuli (V. De Freitas 73’)
Imwissija: N. Muscat 42’, Z. Scerri 87’ (G)
Skorjaw: Luke Tabone 25’ (G), E. Mashike 32’, L. Montebello 79’ (Ħ)
Referee: Sloboda Petkovic
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u James Muscat
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Roko Prsa (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Elvis mashike (Ħamrun Spartans)
Ħamrun Spartans irreġistraw it-tmien rebħa fil-kampjonat meta f’konfront dirett għelbu lil Gżira United 2-1 biex tawhom ukoll l-ewwel telfa tal-istaġun. Kienu Gżira li marru fil-vantaġġ wara 25 minuta permezz ta’ Luke Tabone iżda gowls minn Mashike u Montebello taw rebħa li fl-aħħar mill-aħħar kienet meritata lit-tim immexxi minn Baranko Nisevic. Id-distakk bejn Ħamrun u Gżira issa kiber għal dak ta’ seba’ punti.
Wara biss sitt minuti free-kick dirett mogħti minn Gabreil Bohrer li x-xutt b’saħħtu tiegħu kien milqugħ parzjalment minn Bonello b’Nikolai Muscat jipprova mir-rebound u għal darb’oħra Bonello reġa’ laqa mill-viċin. Żewġ minuti wara free-kick dirett ta’ Roko Prsa għal Ħamrun b’Zarkov ukoll ma jaħtafx u d-difiża tal-Maroons ittajjar f’korner. Fil-21 minuta Henry Bonello jiżbalja l-passaġġ tiegħu bil-ballun jasal għand Zachary Scerri iżda x-xutt mill-ewwel tiegħu jgħaddi barra.
Fil-25 minuta Gżira United fil-vantaġġ. Kien korner mogħti perfettament minn Ricardo Correa li sab tajjeb lil Luke Tabone li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras sabiħa tefa’ wara Henry Bonello. Żewġ minuti wara Ħamrun mill-ewwel fuq l-attakk u wara li rnexxilu jidħol fil-kaxxa, Matthew Guillaumier tefa’pass lejn in-nofs li sab lil Dodo iżda x-xutt tiegħu spiċċa f’idejn Zarkov. Man-nofs siegħa logħob Maxuell Maia japprofitta minn żball ta’ Marcelina u jipprova xutt minn barra li Bonello laqa’ b’diffikultà. Fit-32 minuta Ħamrun jagħmlu l-iskor indaqs meta Dodo bir-ras għadda ‘l quddiem u f’tentattiv li jilħqu l-ballun qabel Mashike, Cosic u Zarkov ma fthemux u ħabtu ma’ xulxin bil-ballun jispiċċa għand Elvis Mashike li b’lasta vojta skorja l-gowl tad-draw. Ħames minuti biss wara Ħamrun għoddhom għamluhom tnejn meta l-awtur tal-gowl Mashike għadda lejn Matthew Guillaumier li bla ma qagħad jaħsibha prova xutt mill-isbaħ li stampa mal-mimduda. Fil-41 minuta kross ta’ Dodo għal Ħamrun li fil-kaxxa jkun hemm Roko Prsa li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu milqugħa bi bravura minn Zarkov li dawwar f’korner. L-ewwel taqsima tintemm ġustament 1-1.
Għaddew biss erba’ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima u Ħamrun fuq l-attakk minn kross ta’ Ryan Camenzuli fil-kaxxa u Roko Prsa bir-ras jara l-ballun jgħaddi ftit barra b’Zarkov megħlub għal kollox. Fit-52 minuta Marcelina jgħaddi lejn Dodo li għadda lejn Mashike li prova xutt b’saħħtu minn qagħda angolata u ra l-konklużjoni itegħu tmur ftit għoli. Fit-68 minuta ċans tad-deheb għal Ħamrun li jmorru fil-vantaġġ meta l-kross ta’ Camenzuli ġab lil Bruno Ederson waħdu li iżda dam wisq biex Zarkov laħaq ħareġ fuqu u laqa x-xutt tal-Brażiljan.
Ħamrun jiskorjaw il-gowl tal-vantaġġ fid-79 minuta minn azzjoni mibdija minn Roko Prsa li daħal fil-kaxxa u qassam lejn in-nofs fejn sab lis-sostitut Luke Montebello li b’xutt fil-baxx ma ta l-ebda ċans lil Zarkov u tefa’ lill-partitarji ta’ Ħamrun f’dillerju ta’ ferħ tliet minuti biss minn meta daħal bħala sostitut. Ħames minuti fuq id-disgħin Henry Bonello jsalva r-rebħa għal Ħamrun meta wettaq savemill-isbaħ fuq xutt ta’ Maxuell Maia bil-goalkeeper internazzjonali Malti jdawwar f’korner. Wara din l-ażżjoni waslet it-tisfira finali ta’ Slobodan Petkovic b’Ħamrun jiċċelebraw rebħa mill-aktar importanti fuq it-tim ta’ warajhom Gżira United.
//= $special ?>