“Kif il-Malti jgħid – l-ewwel li jaqlagħha hu s-settur kulturali.”
Kliem il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici… kliem li żgur mhux forsi hu minnu hekk kif is-settur tiegħu kompletament intesa’ fil-Budget 2023, bil-fondi allokati għalih naqsu drastikament meta kkomparati fl-aħħar snin.
Ma’ Net News, Owen Bonnici rrikonoxxa l-fatt ta’ dan it-tnaqqis iżda qal li se jkun qed iqassam il-fondi li għandu bil-mod tiegħu biex ma jinsa’ lil ħadd… għalkemm il-villaġġ tal-Karnivall, għal darb’oħra għosfor mid-diskors tal-Budget.
Weghda li l-Gvern tal-Labour issa ilu jagħmel is-snin, wegħda li l-fondi għaliha għadu lanqas biss applika għalihom.
U mhux talli qas għad għandu l-fondi meħtieġa… talli għadu qed jistenna biex joħrġu l-permessi.
Net News staqsa wkoll rigward l-iskandlu ta’ fastidju sesswali li sofriet issa eks impjegata mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, bil-Ministru jisħaq li ma kellux idea ta’ dan il-każ qabel l-impjegata kellha tirriżenja.
Dan minkejja li fl-ittra indirizzata mill-vittma lill-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra, Sigmund Mifsud, qaltlu iswed fuq l-abjad li kelmitu tul dawn is-snin dwar dan kollu.
Fatt li jindika li min imexxi qatt m’għamel xejn dwar dan il-każ qabel ma’ l-vittma kellha tiġi kważi sfurzata titlaq mix-xogħol li kienet tant tħabb biex iġġib saħħitha u d-dinjità tagħha l-ewwel.
Intant, minkejja li fil-budget ġie mħabbar li l-PBS se jingħata l-miljuni ta’ ewro biex jagħtu prodott tal-aqwa kwalità, diversi familji lmentaw għal kwalita ta’ servizz li qed jingħataw… bi kritika diretta lejn il-programmi l-ġodda b’teknoloġija ġdida. Li għall-Ministru dawn jidhru li ma kienux daqstant ta’ problema..hekk kif sostna li jinsab sodisfatt…fejn fi kliemu, “il-problemi jinsabu warajna.”
//= $special ?>