Riżultat mill-aqwa miksub mill-judoka Isaac Bezzina fil-Perth Oceania Open. Fl-Awstralja, Bezzina rebaħ il-midalja tal-bronż fil-kategorija – 100 kg flimkien ma’ Tevita Takayawa ta’ Fiji wara li għeleb lil Yejun Yeo tal-Korea t’Isfel b’ippon.
F’dik li hija meqjusa bħala waħda mill-akbar kompetizzjonijiet fi ħdan il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo, ħadu sehem 32 pajjiż u total ta’ 125 judoka fosthom 77 fil-kategorija tal-irġiel. Is-success għal Isaac Bezzina kien l-ewwel wieħed għalih u għal Malta Judo Federation f’din il-kompetizzjoni.
Il-midalja tad-deheb intrebħet minn Rhys Thompson tar-Renju Unit b’George Udsilauri tal-Ġermanja fit-tielet post. F’Perth, Bezzina kien flimkien mal-kowc nazzjonali Aurelian Fleisz.
//= $special ?>