Iċ-Champion attwali ta’ Red Bull Max Verstappen rebaħ il-pole position fil-Messiku u b’hekk ser ikun qiegħed jibda t-tellieqa tal-lum fl-ewwel post.Fit-tieni post insibu lil George Russell segwit mis-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes Lewis Hamilton.
Sergio Perez ta’ Red Bull se jibda fir-raba’ post filwaqt li Carlos Sainz ta’ Ferrari jibda fil-ħames post. Valtteri Bottas ta’ Alfa Romeo u Charles Leclerc ta’ Ferrari se jibdew fis-sitt u seba’ post rispettivament. Fit-tmien post se jibda s-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris segwit minn Fernando Alonso ta’ Alpine. Esteban Ocon ta’ Alpine ser ikun l-aħħar sewwieq li se jibda mal-ewwel għaxra.
It-tellieqa tal-lum, fil-korsa Autodromo Hermanos Rodriguez, mistennija tibda fid-9 ta’filgħaxija ħin ta’ Malta.
//= $special ?>