Futbol Sport

Seminar fuq tliet ijiem mill-Kumitat Paralimpiku Malti

Il-Kumitat Paralimpiku Malti, organizza seminar fuq tlett ijiem li matulu ngħataw dettalji u l-aħħar aġġornamenti b’rabta mas-sistema ta’ klassifikazzjoni li tintuża f’Logħob Paralimiku. Filwaqt li kienu bosta l-atleti paralimpiċi li attendew għal dan is-seminar kif ukoll uffiċjali fi ħdan il-Kumitat Paralimpiku Malti, inġiebu Malta żewġ esperti barranin f’dan is-settur.

Is-seminar inkluda kemm sessjonijiet ta’ teorija u dawk ta’ prattika bil-partecipazzjoni tal-Malta Wheel Chair Basketball Association. Is-seminar, kien indirizzat minn Prof. Bartosz Molik espert fil-qasam internazzjonali ta’ klassifikazzjoni ta’ atleti paralimpici li ta dettalji dwar l-aħħar sistemi li qed jintużaw kif wkoll l-eks atleta mir-Renju Unit Iain Gowans li bħala espert fis-settur huwa wkoll responsabbli mill-klassifikazzjoni ta’ atleti mir-Rebju Unit fi ħdan il-Kumitat Paralimpiku Britanniku. Gowans kien irrappreżenta lir-Renju Unit fil-Logħob Paralimpiku ta’ Atlanta fl’1996 fejn kien ikkwalifika fl-għawm fil-finali ta’ 100 metru freestyle u fir-Relay 4 X 50 metru. Dan is-Seminar għandu jservi wkoll biex tibda tkun adottata is-sistema ta’ klassifikazzjoni għal atleti fi ħdan il-Kumitat Paralimpiku Malti.