Fil-Carlo Castellani
Empoli v Atalanta 0-2
Fl-ewwel partita tal-Ħadd Empoli affrontaw lil Atalanta fil-Carlo Castellani fejn La Dea ħarġu rebbieħa b’wirja impressjonanti.
Atalanta fetħu l-iskor wara 32 minuta logħob permezz ta’ gowl minn Hans Hateboer minn kross ta’ Teun Koopmeiners.
Atalanta komplew l-isforzi tagħhom biex jirduppjaw l-iskor fit-tieni taqsima u dan irnexxielhom jagħmluh fid-59 minuta meta l-attakkant Ingliż Ademola Lookman sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu mil-lemin.
Fil-Giovanni Zini
Cremonese v Udinese 0-0
Cremonese kisbu punt importanti kontra t-tim imexxi minn Andrea Sottil fejn rajna logħba missielta fejn l-ebda tim ma sab ix-xibka. B’dan ir-rizultat Cremonese jibqgħu f’qiegħ il-klassifika waqt li Udinese jinsabu fit-tmien post.
Fl-Alberto Picco
Spezia v Fiorentina 1-2
Fiorentina ħarġu rebbieħa fil-konfront tagħhom kontra Spezia f’logħba mimilija battibekki.
Fiorentina fetħu l-iskor kmieni permezz ta’ daqqa ta’ ras mid-difensur ċentrali Nikola Milenkovic minn korner ta’ Biraghi. Spezia sabu l-gowl tad-draw fil-35 minuta meta M’bala Nzola tefgha ġewwa minn kross ta’ Ekdal.
Fit-82 minuta tkeċċa l-plejer ta’ Spezia Dimitrios Nikolaou wara li kkommetta foul ikraħ fuq l-attakkant Brażiljan Cabral. Fiorentina skurjaw il-gowl tar-rebħa ftit minuti qabel it-tmiem tal-logħba meta l-istess Arthur Cabral sab ix-xibka minn pass ta’ Riccardo Saponara.

Fi Stadio Olimpico
Lazio v Salernitana 1-3
Salernitana ħasdu lil Lazio fi Stadio Olimpico hekk kif it-tim imexxi minn Davide Nicola dawwar telfa f’rebħa.
Kienu Lazio li fetħu l-iskor wara 41 minuta permezz ta’ Mattia Zaccagni li tefgħa ġewwa minn pass ta’ Luis Alberto.
Salernitana kisbu d-draw ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima meta l-eks plejer ta’ Lazio Andrea Candreva sab ix-xibka minn pass ta’ Mazzocchi. Salernitana kisbu l-vantaġġ fit-68 minuta meta d-difensur ċentrali Federico Fazio xeħet ġewwa minn kross ta’ Andrea Candreva. Salernitana għalqu l-logħba meta sabu x-xibka fis-76 minuta permezz ta’ Boulaye Dia.

Fi Stadio Olimpico Grande Torino
Torino v Milan 2-0
Fl-aħħar logħba tal-Ħadd Torino ospitaw lil Milan fejn rebħa importanti meta għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 2-0.
Torino fetħu l-iskor fil-35 minuta permezz ta’ gowl minn Koffi Djidji meta d-difensur sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras minn freekick mogħti minn Lazaro. Torino rrdupjaw l-iskor ftit minuti wara meta l-attakkant Russu Aleksei Miranchuk xeħet ġewwa minn pass tal-midfielder Nikola Vlasic.
Milan skurjaw gowl fis-67 minuta li deher li kien il-bidu biex tinqeleb il-folja tal-logħba, iżda dan kien biss gowl ta’ konsolazzjoni. L-awtur tal-gowl kien il-midfielder Brażiljan Junior Messias. Fis-70 minuta tkeċċa l-kowċ ta’ Torino Ivan Juric.
