Fir-raba’ programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq NetTelevision , fl-ewwel parti intervista mal-President tal-Malta Taekwondo Association u vici President tal-European Taekwondo Union – ANNA VASSALLO dwar dak li qed jitwettaq fit-Taekwondo lokali u l-avveniment ewlieni għall-2022 bl-organizazzjoni tal-Kampjonat tal-Ewropa tat-Taekwondo Cadets li se jsiru hawn Malta bejn il-25 u t-28 ta’ Novembru.
Fit-tieni parti tal-programm enfażi dwar il-Kampjonati tad-Dinja Blackball li saru f’Albi fi Franza u dak li kisbet il-Malta Blackball Federation fl-istess Kampjonati. Mistiedna il-President tal-Malta Blackball Federation PHILIP GATT kif wkoll il-plejers u kowcis Cleavon Micallef , Owen Amato , Maverick Zammit, Ishmael Hatherly , Clint Azzopardi, Chaylon Castaldi u Jake Castaldi.
Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech.
//= $special ?>