Sport

UEFA Futsal Champions League: Barcelona jirbħu Grupp 3 b’rebħa fuq Luxol

(Ritratt: Martin Attard)

Luxol St. Andrews jispiċċaw fit-tieni post

Kif kien mistenni, Barcelona rebħu Grupp 3 UEFA Futsal Champions League b’rebħa ta’ 7-1 fuq Luxol St. Andrews.

Kif diġa nafu, minkejja din it-telfa Luxol kisbu kwalifikazzjoni storika għall-Elite Round ta’ l-akbar kompetizzjoni tal-Futsal fl-Ewropa wara draw ta’ 1-1 kontra Dobovec tal-Islovenja u rebħa ta’ 5-1 kontra Hovocubo tal-Olanda

L-ewwel taqsima ntemment 3-1 favur iċ-champions Ewropej li l-ewwel fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls minn doppjetta ta’ Lozano biex imbagħad Luxol reġgħu daħlu fil-partita b’gowl ta’ Oliveira Dias. Madankollu Ferrao skorja għal Barcelona u temm l-ewwel perjodu 3-1.

Fit-tieni perjodu Barcelona komplew jibnu fuq il-vantaġġ u skorjaw erba’ darbiet oħra permezz ta’ Sergio Gonzalez, Adolfo, Pito u gowl ieħor ta’ Lozano li għaqqad hat-trick personali.

Klassifika finali:

Barcelona 9 punti, Luxol St. Andrews, Dobovec 4 punti, Hovocubo 0 punti

Barcelona, Luxol u Dobovec għaddew għar-rawnd elite tal-UEFA Futsal Champions League. 

Luxol: Celio, Diece, Veve, Victor Oliveira Dias, Dejan Bizjak, Stefan Vella, Mark Zammit, Maicon, Andy Mangion, Marwan Telisi, Jhonn Castro Pulido, Emil Raducu, Fumasa.  

Barcelona: Miguel Feixas, Andre Coelho, Dyego, Adolfo, Ferrao, Alex Lluch, Sergio Lozano, Antonio Perez, Pito, Catela, Sergio Gonzalez, Marcenio, Ortiz.