Żagħżugħ ta’ 22 sena miż-Żejtun kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi-Gudja.
Il-każ seħħ ftit wara l-għaxra u nofs tas-Sibt filgħaxija fi Triq Ħal Tarxien meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn Taljan ta’ 25 sena residenti Wied il-Għajn, u karozza misjuqa miż-Żejtuni.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>