Lokali

25,000 delegat mistennija f’Malta għall-ikbar festival fid-dinja – SiGMA

Fil-jiem li ġejjin, 25,000 delegat mistennija jaslu f’pajjiiżna, għall-ikbar festival tal-iGaming fid-dinja  SiGMA.  Ġimgħa ta’ konferenzi u attivitajiet li ser iġġib magħha l-għeluq ta’ sena ta’ avvenimenti organizzati fuq livell globali, imtella mill-kumpanija SiGMA Group.  

Huwa se jara’ 4 mill-aqwa ditti rinomati;  SiGMA, AIBC, AGS, u Med-Tech World jgħaqdu flimkien l-aqwa talent fis-setturi tal-igaming, teknoloġija emerġenti u tas-saħħa diġitali.  Il-Festival SiGMA u AGS ser ikun qed iseħħ mill-14 sat-18 ta’ Novembru, fiċ-Ċentru tal-Fieri u tal-Konferenzi, f’Ta’ Qali filwaqt li dak tal-AIBC u Med Tech ser ikun qed iseħħ mill-15 sa 19 ta’ Novemberu ġewwa l-Hilton Malta. 

SiGMA Europe f’Malta – Opportunità unika għall-operaturi biex jibnu ħbiberija qabel relazzjoni ta’ negozju. 

L-aqwa esperti  

Il-konferenza se tara’ kelliema internazzjoni tal-ogħla livell u ser isservi bħala l-aqwa esperjenza ta’ networking B2B għall-operaturi, mexxejja u esebituri fl-industrija ġejjin minn madwar id-dinja.

L-aqwa konnessjonijiet  

Il-Malta Week għandha ħafna opportunitajiet ewlenin għan-networking. Listi ta’ mistiedna magħżula bir- reqqa li jiżguraw li qed jinġieb l-aqwa talent mill-industriji tal-igaming, teknoloġija emerġenti u teknoloġija medika. 

Id-delegati jistgħu jistennew li jitħalltu mal-aqwa influencers u ħassieba li jinkludu:

Tim Burd, Scott Stornetta, Carl the Moon, Ivanontech, James Crypto Guru, Davinci, AMCrypto, Kyle Chasse, BTCTV, Nick Spanos, u Crypto Megan.  

Minn avvenimenti sportivi kompetittivi w ta’ ħbiberija – bħall-padel, il-futbol, il-poker, uturnamenti tal-golf  –  Malta Week ħasbet għall-preparazzjonijiet biex l-investituri jibnu l-aqwa relazzjonijiet.  

L-aqwa investituri  

Wara vjaġġi ta’ suċċess f’Hong Kong, New Jersey, Tallinn, Kyiv u Bukarest, 300 affiljat tas-SiGMA Group ser ikunu qegħdin itiru lejn Malta. Dawn l-affiljati ser ikomplu jikkontribwixxu għal potenzjal ta’ iżjed investiment barrani f’pajjiżna.

L-aqwa ċans għal negozji ġodda  

SiGMA temmen fil-potenzjal tal-istartups fis-suq globali. Mitt startup ġew allokati primespots fis-SiGMA Startup Village u qed jingħataw opportunita’ sabiex jesebixxu l-innovazzjoni tagħhom mal-aqwa investituri fl-industrija globali li ser tkun preżenti f’din il-fiera. Dan filwaqt li jipparteċipaw fil-kompetizzjoni StartUp Pitch, sabiex jiġ allokati finanzi biex isawwru t-teknoloġija tagħhom.

L-aqwa divertiment 

Il-Malta Week ser ikollha wkoll programm ta’ divertiment mill-aqwa bl-istilla fir-rap Fat Joe ikkonfermat bħala l-mistieden ewlieni.   

Se jsiru wkoll 6 iljieli ta’ premjijiet differenti li jiċċelebraw il-mexxejja li jsawru l-futur tal-industriji tal-logħob, il-marketing diġitali, it-teknoloġija emerġenti u s-saħħa diġitali.  

Bħala parti mill-isforzi ta’ karità ta’ SiGMA Group, il-Fondazzjoni SiGMA se tospita wkoll diversi rkanti ta’ ġbir ta’ fondi matul is-serati tal-gala.

Interessat tkun parti minn din l-esperjenza? Agħfas fuq: SiGMA 2022: MFCC, Malta – SiGMA Events (sigmamalta.events)