Albert Buttigieg ħa l-ġurament tal-ħatra bħala deputat ġdid Nazzjonalista fis-seduta parlamentari tal-lejla.
Albert Buttigieg kien elett biex jieħu post l-ex Viċi-Kap tal-PN u ex deputat Nazzjonalista Robert Arrigo li miet ftit ilu.
F’messaġġ wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, id-deputat Nazzjonalista ġdid Albert Buttigieg rringrazzja lill-elettorat li vvutalu u lill-Kap tal-PN u sostna li se jħares ’il quddiem biex naħdem ma’ kulħadd għall-ġdid tal-poplu Malti.