L-ex assistent kap tal-Iskola San Andrea Trevor Templeman qed jgħid li l-informazzjoni dwar frodi finanzjarja fl-iskola San Andrea ġiet mgħoddija lilu mill-kap ta’ l-iskola Stefania Bartolo, informazzjoni li qatt ma talab għaliha u li sar konxju tagħha f’April li għadda, meta l-istess Bartolo qasmet din l-informazzjoni miegħu u ma’ assistenta kap oħra fl-istess skola li bil-ġurament ikkonfermat dak kollu li huwa qal dwar irregolaritajiet finanzjarji fl-iskola, allegati li jlaħħqu l-miljuni ta’ ewro.
F’kontro protest li huwa ppreżenta fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-konfront ta’ Sefania Bartolo u Leanne Spiteri, skrivana f’San Andrea, fejn it-tnejn il-ġimgħa l-oħra ippreżentaw protest kontrih fl-istess Qorrti, Templeman qal li mhuwa assolutament veru xejn li l-informazzjoni li huwa għadda wasslet biex issir investoigazzjoni fuq irregolaritajiet finanzjarji.
Tenna li mhux minnu kif qed jgħidu Bartolo u Spiteri li din hija xi tip ta’ vendetta kontrihom u li hija intuża biex tħammeġ lil xi persuna partikolari, anzi hu baqa;’ jirrispetta lil persuni nvoluti fosthom lill-kap tal-iskola u l-iskrivana, minkejja li qed igiddbuh u qed jippruvaw ipoġġuh fi stampa ħażina, meta jafu flimkien ma’ terzi li qed jgħid il-verita.
Il-protest jgħid li l-informazzjoni li huwa għadda lis-superjuri tiegħu biex tiġi nvestigata, kienet informazzjoni li waslet għandu mingħajr lanqas biss talabaha għaliex qatt ma kien involut fid-dipartiment tal-finanzi fi ħdan l-iskola. Qal li huwa sar jaf bl-informazzjoni għaliex ġie mgħajjat għal laqgħa mal-Prinċipal tal-iskola Stefania Bartolo fejn hija qassmet din l-informazzjoni minn jedda u mingħajr ħadd ma staqsiha, liena laqgħa saret f”April ta’ din is-sena.
Templeman qal li ma ħassx li huwa seta’ jorqod fuq din l-informazzjoni u għaddiha lil Alex Tortell, li dak iż-żmien kien iċ-Chairperson tal-Bord tal-iskola. Fil-protest tiegħu Templeman ippreżenta affidavit ta’ Ruth Azzopardi, asssitent Kap ta’ l-iskola Primarja li bil-ġurament qalet li f’April li għadda, flimkien ma’ Templeman, Stefania Bartolo bagħtet għalihom biex ikellmuha fl-uffiċċju.
Qalet li hija tkellmet magħhom dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-iskola, li hija u Templeman qatt ma talbu għaliha. Dak inhar hija wriethom ittra miktuna bil-biro u li fuqha kien hemm diversi ċifri fejn qaltilhom li – Kevin Spiteri, l-eks Chaiperson tal-Bord ta’ San Andrea, għamel tranżazzjonijiet ta’ madwar 200,000 ewro, immarkat bħala “miscellaneous.”
Azzopardi fl-affidavit tagħha qalet il-kap tal-iskola qaltilhom li Kevin Spiteri ta 25,000 ewro lill-eks impjegat u dan sabiex iżomm ħalqu magħluq b’informazzjoni li jirrigwardjaw il-finanzi. Li Kevin Spiteri, ħareġ numru ta’ ċekkijiet mingħajr awtoriżazzjoni u l-firma ta’ Stefania Bartolo u li kien iġeigħel lil Leanne Spiteri biex tiwwejvjalu l-miżati ta’ l-iskola taż-żewġt itfal tiegħu.
L-affidavit ta’ Azzopardi jgħid ukoll li Stefania Bartolo qaltilhom ukoll li, l-eks Chairperson Kevin Spiteri, għamel dħul ta’ 3 miljun ewro. Dan jeskludi ċifra oħra li ssemmiet ta’ madwar miljun ewro biex saret il-Multipurpose Hall. Qaltilhom ukoll li Kevin Spiteri kien jixtri affarijiet għall-iskola mingħajr ma jġib tliet kwotazzjonijiet.
“F’dik il-laqgħa wara li tagħtna l-informazzjoni Stefania Bartolo stqarret li ħassitha traduta minn Kevin Spiteri. F’din il-laqgħa Stefania Bartolo u Leanne Spiteri deheru panikużi. ixxukkjati u frustrati b’dan l-aġir kollu ta’ Kevin Spiteri. Stefania Barolo f’dik l-okkażjoni, għamlet xenata sħiħa quddiemna u qalet li lil Kevin Spiteri tobgħodu u jrid ikollu xejn aktar x’ taqsam miegħu,” jgħid l-affidavit ta’ Ruth Azzopardi.
Ingħad li ukoll li Azzopardi iddeċidiet lil tistaqsi lil Stefania Bartolo biex tara hijiex tifhem sew u qaltilha, “inti qed tgħid li Kevin Spiteri seraq lill-iskola?” u Stefania qaltilha – “Ħeqq mela xhiex. Min tridu jeħodhom?” Hawn Stefania Bartolo żiedet ukoll li Kevin Spiteri ħoloq kuntratt ta’ malajr li jinkludi r-renta tal-iskola li trid tħallas lil Kevin Spiteri għal użu tal-maħżen tiegħu. Qaltilhom ukoll li dan il-kuntratt sar f’Awwissu tal-2021, propju xahar qabel ma ntemm ir-rwol ta’ Kevin Spieri bħala Chairman.
Il-protest jgħid ukoll li wara laqgħa fl-1 ta’ Ġunju li għadda, Alex Tortell għamel minn kollox jippersegwita lil Templeman, jibbuljah u jinjorah sal-punt li ma ħallielu l-ebda triq oħra, għajr li jirreżenja mill-kariga tiegħu ta’ Assistent Kap tal-Iskola San Andrea, u dan għax ħass li kellu jinfurmah rigward l-allegazzjonijiet ta’ rregolaritajiet finanzjarji li kienet qaltlu bihom il-prinċipal tal-iskola.
Templeman qal li kemm il-darba huwa talab għal diversi drabi liċ-Chairman Alex Tortell u l-Avukat tal-Bord matul ix-xhur tas-sajf sabiex jiltaqa’ ma’ l-istess Bord sabiex jispjega dwar dan li kien wasal għandu u jwieġeb kull mistoqsija li tista’ ssirlu, b’Tortell jinjora dan kollu u kien biss meta hu nforma bil-miktub għand il-Board of Trustees rigward dan, iżda rċieva biss rikonoxximent tal-email li kien bagħat.
Qal li meta raha li din l-informazzjoni kienet waqgħet fuq widnejn torox u minflok beda jiġi persegwitat ħass li kien id-dmir tiegħu li dawk il-ġenituri li għamlu kuntatt miegħu biex jistaqsuh dwar dak li ġara, jgħaddilhom l-informazzjoni li kien jaf. Dan għamlu permezz ta’ post fuq il-meżżi soċjali fejn stieden lil dawk interessati sabiex jagħmlu kuntatt miegħu jekk jixtiequ din l-informazzjoni. Kien biss lil dawn il-ġenituri li rieduha, li qasamha magħhom.
Qal ukoll li ma kienx hu biss li qasam din l-informazzjoni u li ħafna minn dawk li għamlu hekk, ġew imsikkta jewe imkeċċija b’mod pulit. Huwa qal li lest li jieħu kull pass skond il-liġi għal dak li jidhirlu jkun ġust. L-Avukati Chris Said u David Bonello iffirmaw il-kontro-protest.
//= $special ?>