Wara tmien partiti miċ-Challenge League Sliema Wanderers baqgħu jirbħu u żammew ir-rekord perfett tagħhom fejn s’issa rebħu l-partiti kollha. Ilbieraħ huma għelbu lil Lija Athletic 1-0 b’gowl wara ħames minuti minn Aidan Jake Friggieri.
Naxxar Lions ukoll żammew il-pass ma’ Sliema meta f’partita li ntlagħbet il-Ġimgħa huma għelbu li Mtarfa 1-0 bil-gowl tan-Naxxarin jasal wara biss disa’ minuti permezz ta’ Edison Cerqueira Farias.
Żejtun Corinthians kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva b’rebħa komda ta’ 4-0 fuq Mqabba. Jairo Santos De Oliveira Filho fetaħ l-iskor fis-6 minuta biex fil-35 minuta kien Andre Carlos Penha Da Costa li għamilhom tnejn. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima Jurgen Debono għamel l-iskor 3-0. Żejtun ma kienux għadhom lesti u fit-53 minuta ssiġillaw ir-rebħa b’gowl ta’ James Vrincat għal-skor finali ta’ 4-0
Melita rritornaw għar-rebħa meta fil-Victor Tedesco Stadium għelbu lil Marsa 2-0. Melita fetħu l-iskor wara ħames minuti logħob permezz tal-eks plejer ta’ Pietà Hotspurs Hiroya Konno. Anderson De Barros skorja t-tieni u l-aħħar gowl għal Melita fil-25 minuta.
Fgura United ukoll irritornaw għar-rebħ meta b’żewġ gowls fit-tieni taqsima għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls ta’ Fgura waslu minn Matthew Brincat fis-47 u Donys Quinteiro fis-66 minuta.
Tarxien Rainbows irreġistraw it-tielet rebħa konsekuttiva b’rebħa ta’ 4-1 fuq Attard. Emmanuel Mbong fetaħ l-iskor fit-12-il minuta biex tliet minuti Thiago Nonato Peixoto għamilhom 2-0. Bleidi Alla naqqas l-iskor man-nofs siegħa iżda Thiago Nonato Peixoto skorja t-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Tarxien fid-90 minuta biex fil-ħin miżjud Daneel Abela għamel l-iskor 4-1 għal Tarxien Rainbows.
Faċli wkoll għal Swieqi United li għelbu lil Vittoriosa Stars 3-0. Meta ż-żewġ timijiet dehru li kienu dieħlin jistrieħu f’parità Johan Alberto Castano tefa’ lil Swieqi fil-vantaġġ fil-45 minuta. Swieqi komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fil-51 minuta kabru l-vantaġġ b’gowl minn penalty ta’ Roderick Taliana. Johan Alberto Castano għaqqad doppjetta personali u ssiġilla r-rebħa għal Swieqi b’gowl fis-70 minuta.
St. Andrews għelbu lil Żurrieq 3-1 biex laħquhom bi 11-il punt fid-disa’ post tal-klassifika. William James England fetaħ l-iskor wara tmien minuti għal St. Andrews, iżda minuta biss wara Igor Misan ġab id-draw għal Żurrieq. St. Andrews reġgħu marru fil-vantaġġ fl-24 minuta permezz ta’ Alan Borg Olivier biex William James England skorja t-tieni gowl tiegħu u t-tielet għal Sta. Andrews fl-54 minuta.
Tasal ukoll l-ewwel rebħa għal Qrendi meta s-Sibt fis-Centenary Stadium għelbu lil San Ġwann 3-0. Pavlidis Claudio Antunes fetaħ l-iskor fid-39 minuta biex doppjetta ta’ Maciel Henrique De Souza fit-48 u l-50 minuta għamlu l-iskor 3-0 għal Qrendi, skor li bih intemmet il-partita.
KLASSIFIKA | L | PTI |
Sliema Wanderers | 8 | 24 |
Naxxar Lions | 8 | 19 |
Żejtun Corinthians | 8 | 18 |
Melita | 8 | 16 |
Fgura United | 8 | 14 |
Lija Athletic | 8 | 14 |
Tarxien Rainbows | 8 | 14 |
Swieqi United | 8 | 11 |
Żurrieq | 8 | 11 |
St. Andrews | 8 | 11 |
Attard | 8 | 9 |
Marsa | 8 | 8 |
Mtarfa | 8 | 8 |
San Ġwann | 8 | 8 |
Vittoriosa Stars | 8 | 7 |
Mqabba | 8 | 6 |
Qrendi | 8 | 4 |
Marsaskala | 8 | 3 |