Max Verstappen sar l-ewwel sewwieq fl-istorja tal-Formula 1 li rebaħ 14-il tellieqa fi staġun wieħed meta lbieraħ rebaħ il-Grand Prix tal-Messiku.
Verstappen beda fl-ewwel post u ddomina t-tellieqa sal-aħħar biex daħal 15.186 sekondi qabel Lewis Hamilton ta’ Mercedes u 18.097 sekondi qabel sieħbu Sergio Perez ta’ Red Bull.
George Russell spiċċa fir-raba’ post b’distakk ta’ 49.431 sekondi filwaqt li Carlos Sainz fuq Ferrari ġie l-ħames bi 58.123 sekondi.
//= $special ?>