Lokali

DWAR IT-TRAFFIKU: Issa Aaron Farrugia jwaħħal fin-nuqqas ta’ Pulizija

L-ewwel waħħal fil-festi…Imbagħad waħħal fl-inċidenti….

Issa l-Ministru tat-Traffiku u t-toroq Aaron Farrugia qiegħed iwaħħal f’sieħbu Byron Camilleri għall-fatt li l-awtoritajiet mhux jikkontrollaw it-traffiku kif suppost.

Fl-aħħar jiem issoktat is-saga enormi tat-traffiku, bil-kummenti tal-Minisitru ma tantx jgħinu – anzi aktar frustraw lin-nies. Dan apparti l-fatt li fil-Budget għas-sena d-dieħla ma ingħatawx is-soluzzjoni li tant huma kruċjali biex il-problema tat-traffiku tittaffa.

Issa, il-Ministru Farrugia weħħel anke f’Byron Camilleri u fil-Pulizija li mhux qed ikunu preżenti fit-toroq, fejn mal-gazzetta ILLUM qal li trid tinbidel din is-sistema. U ta x’jifhem li kemm sieħbu l-Ministru u anke l-Pulizija ilhom xhur b’idejhom fuq żaqqhom.

Il-Ministru Farrugia qal ukoll li l-kampanji ta’ kif wieħed għandu jsuq bil-galbu, m’għandhomx isiru biss fi żmien il-Milied. Fl-intervista mal-ILLUM, Aaron Farrugia stqarr illi jinsab inkwetat fuq l-ammont ta’ inċidenti fit-toroq… 22 fatalità f’10 xhur. U qal li se jaħdem fuq pjan biex inaqqas l-inċidenti.