Il-paġna tal-programm Replay ikkonfermat li fl-aħħar sigħat intlaħaq ftehim biex il-kowċ Taljan Enzo Potenza jirritorna fil-Kampjonat Premier, din id-darba bħala kowċ ta’ Santa Lucia F.C.
L-aħbar tasal wara li lbieraħ Santa Lucia F.C. reġgħu waqqgħu l-punti, fi draw ta’ 1-1 kontra Sirens , minkejja li qattgħu iktar minn siegħa jilgħabu bi plejer iktar u grazzi għal prestazzjoni mill-aqwa tal-goalkeeper Dylan Ciappara.
Id-draw tal-bieraħ wasslet biex id-diriġenza tal-klabb twaqqaf l-esperjenza tal-kowċ Spanjol Pablo Cortes Sanchez, bil-klabb jinsab fit-tielet post mill-aħħar tal-klassifika tal-Kampjonat Premier, b’5 punti minn 9 logħbiet.
Għal Potenza, dan jimmarka ritorn fil-Kampjonat Premier fejn kellu esperjenza pożittiva li ratu jmexxi lil Floriana FC għar-ritorn tar-rebħ tal-Kampjonat Premier wara 27 sena.
Potenza, li għall-aħħar snin mexxa’ lil Marsa F.C. u ra l-pandemija ittellfu ripetutament mill-promozzjoni għall-Kampjonat Premier, issa hu kowċ kwalifikat b’liċenzja UEFA PRO li għadu kif kiseb minn Coverciano, fl-Italja.
//= $special ?>