Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-karozza f’Birżebbuġa

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-vettura f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħaxija għal ħabta tat-8:30pm, fi Triq tal-Papa, Birżebbuġa. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 27 sena residenti Birżebbuġa kien qed isuq Land Rover Defender, tilef il-kontroll, laqat arblu tad-dawl u nqaleb.

Fil-vettura kien hemm ukoll żewġt irġiel ta’ 30 u 34 sena, it-tnejn residenti ż-Żejtun.

Tim mediku mar fuq il-post sabiex jassisti hekk kif issejħet ambulanza sabiex tieħu s-sewwieq u ż-żewġt irġiel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Is-sewwieq ġie ċċertifikat li weġġa serjament filwaqt li ż-żewġ irġiel qed isofru minn ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella ġiet infurmata b’dan l-inċident u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.