“Ma nistax nimmaġinani mingħajr kelb gwida”
Dan intqal minn Jospeh Stafrace li huwa c-Chairman tal-Fondazzjoni Klieb Gwida ta’ Malta. Huwa qasam ma Net News l-esperjenza tiegħu dwar il-kelb gwida li għandu u xi jfisser għalih. Huwa qal li Toby huwa t-tieni kelb tiegħu hekk kif il-kelb li kellu qabel miet madwar tlett snin ilu. Jospeh Stafrace qal li ma jistax jimmaġinah jgħix mingħajr il-kelb-gwida għaliex fi kliemu Toby itejjeb il-kwalita’ ta’ ħajtu speċjalment biex immur minn post għall-ieħor.

Matul il-jum tas-Sibt il-Fondazzjoni Klieb Gwida ta’ Malta organizzat fundraiser fi Pjazza Tritoni fil-Belt Valletta sabiex jinġabru aktar flus biex inkun hawn aktar klieb gwida għal persuni li huma neqsin mid-dawl. Kelb gwida jiswa madwar €15,000 u mhux kulħadd ikun jista’ jħallas dan l-ammont.
Barra minn hekk, kien hemm tinda fejn wieħed seta jieħu togħma ta x’jesperjenzaw in-nies li huma neqsin mid-dawl fit-toroq ta’ pajjiżna kif kompla jispjega aktar Malcolm Naudi li huwa parti minn din il-Fondazzjoni. Huwa stqarr li dan l-eżerċizzju għandu jservi għal akar għarfien dwar din il-komunita’.

Intant, waqt dan il-fundraiser kien hemm rumanz għal bejgħ li nkiteb minn persuna li huwa nieqes mid-dawl fejn il-flus se jmorru kollha għal din il-fondazzjoni.
//= $special ?>